Taralalla

Taralalla huwa dramm li jesplora l-għoqda tal-fenomeni politiċi tal-kostruzzjoni, il-ħajja mgħaġġla u l-immigrazzjoni.
Temi li huma fuq ilsien kulħadd. Imma kulħadd jaħsibha mod u ‘l kulħadd taffetwah differenti. Ċali qabżitlu. Karmni qed tiġġennen bl-istorbju. U Martha qed tesplora futur aħjar permezz ta’ dan kollu. Taralalla jipprova jħares lejn kif kulħadd alla għalih għax kulħadd waħdu. Imma kulħadd irid imut b’hekk kulħadd irid ħajja aħjar.
Taralalla juża temi ta’ tradizzjoni, mewt u nostaġiji, imfassla f’sentimenti ta’ tama, rabja u umanità. Il-karattri mhuma ħadd speċjali u propju għalhekk leħinhom iħanxar iktar minn ta’ ħaddieħor. Dan ix-xogħol teatrali ifittex dak il-leħen tal-bniedem ta’ kuljum, għax hemmhekk jaf isib realtà oħra li tmur ferm lil hinn minn dak li jintqal fuq mezzi tax-xandir jew fuq il-pjattaformi diġitali. Dan id-dramm iħuf fit-toroq u jitfa’ fuq palk id-dinja ta’ barra u jipprova jifhem aħjar qalb poplu kollu weġgħat u kumplessi. Poplu li ta’ spiss inħobbu ngħidulu injorant.

The event is finished.

Événements à venir

Aucun événement trouvé !

Leave a Reply